Interview - Miriam Calleja Shaw

You have recently published a book called COVID-19and the Virus that Shook the World . It provides a sobering look at virus infections and pandemics, with particular emphasis on the COVID-19 strain. Presently, the cases have diminished in Europe but the spread has moved elsewhere. However, how safe is ‘safe’ at the moment? With the way things are evolving with the ’new’ coronavirus, it’s very difficult to answer this question. The WHO just last weekend warned that the worst may be yet to come. We are certainly witnessing an atrocious amount of deaths and illness in the US. We don’t yet know with certainty which factors are affecting the progression of the pandemic. Indeed we don’t even know about all the symptoms that appear with COVID-19 infection. The relative ‘safety’ is different for everyone, depending on the state of their immunity and certain other factors. For a person with average health who isn’t too old, the danger of getting severely ill may be low – but we need to

Ġrajjiet in-Nannu Ċens

img-bookNaħseb ma neżaġerax jekk ngħid li Trevor Zahra jokkupa kmajra ċkejkna fit-tfulija ta' kulħadd. Xi darba jew oħra bilfors li ltqajtu ma' xi kitba minn tiegħu - poeżija jew novella f'ġabra, jew reċta tal-iskola, jew xi rumanz, jew ktieb tat-taħriġ.

Imbagħad hemm min lil Trevor ma bnielux biss kamra imma ramalu sala daqs grawnd tal-futbol. Ngħid għalija, kull Sajf, preċett, kont naqra l-għaxar avventuri ta' Wied Peprina, Il-Praspar kollha ta' Kunċett u Marinton u L-Għar tax-Xelter. Dejjem. Kif jersaq Lulju, arani naqlagħhom minn fuq l-ixkaffa biex nerġa' naqrahom. Sajf minnhom kont ukoll lgħabt ċajta fuq ommi: bħat-tfal f'L-Għar tax-Xelter, għamilt skoss wirdien tal-karti, bil-mustaċċi b'kollox, u poġġejthomlha fuq il-bank tal-kċina. Ġew tajbin għax niftakarha tibgħat lili u lil Trevor nixxejru.

Minn dakinhar qrajt iktar xogħlijiet tiegħu u ltqajt ma' ħafna u ħafna nies li għandhom dawn it-tip ta' memorji, ta' tfulija ma' Trevor Zahra. Għalhekk illum xtaqt naqsam magħkom dan il-vidjo qasir tiegħu li ħareġ jumejn ilu fuq Facebook, qiegħed jaqra storja minn Ġrajjiet in-Nannu Ċens.

Ħudu gost!




Biex tara l-vidjo, ikklikkja HAWN.

Jekk tridu, tistgħu tixtru l-ktieb minn HAWNHEKK.




Comments